
Il-kelma "evalwazzjoni" ta’ spiss tfakkarna fiż-żmien meta konna għadna l-iskola u l-biża’ li kienet taħkimna meta konna naħsbu li għalliem jew surmast kap sever kien se jmaqdar il-prestazzjoni tagħna. Ħafna minna ħsibna li dawk il-ġranet ħallejnihom warajna sakemm... smajna li se niġu evalwati bħala adulti wkoll: fuq il-post tax-xogħol!
L-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni tax-xogħol mhumiex fenomenu kompletament ġdid, iżda saru parti aktar regolari mill-kultura korporattiva peress li l-kumpaniji qed jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu struttura ta’ komunikazzjoni aktar ċara. Dawn l-evalwazzjonijiet normalment isiru kull sena, u l-għan tagħhom jinqasam fi tlieta:
- biex jgħinu lill-impjegati jifhmu aħjar il-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet tagħhom, u kif il-prestazzjoni tagħhom tallinja mal-aspettattivi tal-kumpanija;
- biex jippermettu lill-impjegaturi jidentifikaw lil dawk bl-aqwa prestazzjoni fil-kumpanija u jagħmlu l-aqwa użu minnhom;
- biex jippromwovu involviment aħjar b’mod ġenerali bejn il-maniġers u t-timijiet tagħhom.
L-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni jikkonsistu b’mod mhux uffiċjali fi tliet fażijiet. L-ewwel waħda hija l-fażi ta’ “introspezzjoni”, fejn tieħu xi żmien biex tirrifletti dwar il-prestazzjoni tiegħek, normalment permezz ta’ eżerċizzju ta’ awtovalutazzjoni. It-tieni waħda hija l-fażi ta’ “azzjoni”, fejn tiddefinixxi l-azzjonijiet li ħadt u li qed tieħu biex titjieb bħala impjegat kemm b’enfasi personali kif ukoll fir-rigward tal-għanijiet tal-kumpanija. It-tielet fażi tista’ tissejjaħ il-fażi “ulterjuri”; hawnhekk inti tiċċara l-għanijiet professjonali tiegħek, fuq perjodu ta’ żmien qasir u fit-tul, filwaqt li tiffoka wkoll fuq kif dawn jallinjaw ruħhom ma’ dawk tal-organizzazzjoni.
L-intervista ta’ evalwazzjoni bejnek u bejn il-maniġer jew il-mexxej tat-tim tiegħek tista’ għalhekk tkun opportunità kbira għalik biex tistabbilixxi bażi aktar soda fl-organizzazzjoni tiegħek, utli kemm fir-rwol attwali tiegħek kif ukoll fl-aspirazzjonijiet futuri tiegħek.
Allura kif tista’ tagħmel l-aħjar użu minnha?
Kun ippreparat(a).Toqgħodx tistenna sakemm ikollok il-pressjoni esterna ta’ intervista ta’ evalwazzjoni biex tibda tiġbor il-ħsibijiet tiegħek. Matul is-sena, agħmel awtovalutazzjonijiet qosra regolari u żomm noti: elenka l-proġetti kollha li ħdimt fuqhom, kif mort fihom, l-isfidi li ffaċċjajt u kif għelibthom; identifika l-oqsma b’saħħithom tiegħek u fejn għad tista’ titjieb; ikteb l-għanijiet li jistgħu jitkejlu u x’qed tagħmel biex tilħaqhom.
Irrevedi d-deskrizzjoni tal-impjieg tiegħek. Ir-rwoli jevolvu maż-żmien, u dan mhux bilfors li huwa xi ħaġa ħażina. Madankollu, iċċekkja d-deskrizzjoni tal-impjieg tiegħek b’mod regolari biex tiżgura li qed twettaq u li qed tlesti l-kompiti kollha li din tinvolvi. Kemm jekk il-kompiti tiegħek qed jiddevjaw b’mod radikali kif ukoll jekk b’mod minimu minn dak li kien miftiehem oriġinarjament, għandek tqajjem dan il-punt matul l-intervista ta’ evalwazzjoni tiegħek. Inti u l-maniġer tiegħek tridu taqblu biex jew tibdlu l-ambitu tar-rwol jew tikkalibraw mill-ġdid l-aspettattivi, u dan jista’ jipprovdi opportunità għall-avvanz tiegħek.
Iddefinixxi kif applikajt il-feedback. Idealment, għandek tirċievi feedback fuq bażi regolari. L-intervista ta’ evalwazzjoni hija l-opportunità tiegħek biex turi li qed timxi mas-suġġerimenti tal-maniġer tiegħek u kif ix-xogħol tiegħek ibbenefika mill-azzjonijiet tiegħek.
Fl-aħħar nett, ftakar li l-evalwazzjonijiet tal-prestazzjoni huma reċiproċi. Mhux inti biss qed tiġi evalwat(a), iżda l-kumpanija wkoll: qed tissodisfa l-aspettattivi tal-impjegati, qed tipprovdi l-appoġġ meħtieġ, qed tuża l-assi tal-forza tax-xogħol bl-aħjar mod? Matul l-intervista ta’ evalwazzjoni, għandek tħossok liberu/a li tqajjem tħassib rilevanti. B’dan il-mod, tiżgura li tkun ikkomunikajt dak kollu li teħtieġ biex tipprovdi l-aħjar prestazzjoni tiegħek, u dan huwa ta’ vantaġġ għal kulħadd.
Li timmassimizza l-potenzjal tax-xogħol tiegħek huwa proċess multidimensjonali, u li jkollok marka personali b’saħħitha huwa mod wieħed kif tista’ tasal għal dan. Aqra aktar dwar dan fl-artiklu tagħna hawnhekk.
Links relatati:
25 Performance Appraisal Interview Questions You Need to Know
Aqra aktar:
Kundizzjonijiet tal-ħajja u x-xogħol fil-pajjiżi tal-EURES
Il-Bażi tad-Data tal-Impjiegital-EURES
Is-servizzi tal-EURES għall-impjegaturi
Il-Kalendarju tal-Avvenimenti tal-EURES
Avvenimenti Online li ġejjin
Il-EURES fuq Facebook
Il-EURES fuq X
Il-EURES fuq LinkedIn
Il-EURES fuq Instagram
Dettalji
- Data tal-pubblikazzjoni
- 22 Mejju 2025
- Awturi
- L-Awtorità Ewropea tax-Xogħol | Id-Direttorat Ġenerali tal-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni
- Temi
- Ideat u Suġġerimenti
- Sezzjoni(jiet) relatati
- Ideat u Suġġerimenti
- Settur
- Accomodation and food service activities
- Activities of extraterritorial organisations and bodies
- Activities of households as employers, undifferentiated goods- and services
- Administrative and support service activities
- Agriculture, forestry and fishing
- Arts, entertainment and recreation
- Construction
- Education
- Electricity, gas, steam and air conditioning supply
- Financial and insurance activities
- Human health and social work activities
- Information and communication
- Manufacturing
- Mining and quarrying
- Other service activities
- Professional, scientific and technical activities
- Public administration and defence; compulsory social security
- Real estate activities
- Transportation and storage
- Water supply, sewerage, waste management and remediation activities
- Wholesale and retail trade; repair of motor vehicles and motorcycles